Floriana FC u Scotts iġeddu r-relazzjoni.

Floriana FC u Scotts iġeddu r-relazzjoni bejniethom għall-istaġun 2018/19. B’hekk Scotts se jkompli jappoġġja lil Floriana FC bħala l-isponsor uffiċjali tat-team.

Floriana FC jirringrazzjaw lil Scotts għall-appoġġ tiegħu lill-klabb; liema appoġġ issa ilu għal diversi staġuni.

F’kumment wara l-ftehim ma’ Scotts, il-President ta’ Floriana FC Riccardo Gaucci irringrazzja lil Scotts għall-appoġġ li jagħtu lil Floriana FC u qal li dan l-isponsor hu konferma tar-relazzjonijiet mill-aqwa bejn Floriana FC u Scotts; liema relazzjonijiet huma turija ta’ fiduċja fl-impenn ta’ Floriana FC fl-football lokali.

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Scotts Mario Said ikkummenta li l-appoġġ lil Floriana FC hu riżultat tal-impenn ta’ Scotts lejn l-isport u l-football Malti. Hu qal li Scotts jemmnu fil-viżjoni ta’ Floriana FC biex il-klabb ikun aktar sostenibbli u fuq quddiem fix-xena lokali.

Share Now
Alan Michael Vella

Alan Michael Vella is a young football enthusiast with a passion for Floriana FC, he's been given the responsibility of the club's official website following a successful spell in managing the club's ...

All Posts

Related Post

Leave us a reply