Liċenzja UEFA.

Floriana Football Club jiksbu l-liċenzja UEFA.

Il-Bord tal-Liċenzji tal-MFA approva l-applikazzjoni ta’ Floriana FC biex jingħataw il-liċenzja UEFA għall-istaġun 2018/19. Dan hu ċertifkat ieħor tal-mod kif qed jitmexxa l-klabb; irrispettivament mir-riżultati kalċistiċi.

Bħala Segretarju Ġenerali rrid nirringrazzja lill-President Riccardo Gaucci, lit-Teżorier Mario Cilia, lill-kumpanija PCC Advisors u lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom f’dan il-proċess tax-xogħol li wettqu biex Floriana FC biex il-klabb kiseb il-liċenzja.

Il-kisba tal-liċenzja UEFA saret wara proċess rigoruż u diffiċli tal-aspetti amministrattivi u finanzjarji tal-klabb… mhux il-klabbs kollha jiksbu din il-liċenzja.

Grazzi mill-ġdid.

Dione Borg
Segretarju Ġenerali

Share Now
Alan Michael Vella

Alan Michael Vella is a young football enthusiast with a passion for Floriana FC, he's been given the responsibility of the club's official website following a successful spell in managing the club's ...

All Posts

Related Post

Leave us a reply